Kumitat

Din is-sena jaħbat il-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Biex ikun żgurat li dan l-avveniment importanti jitfakkar kif inhu xieraq, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ħatret Kumitat sabiex flimkien ma’ entitajiet oħra, jieħu ħsieb jorganizza u jikkoordina attivitajiet apposta għal din l-okkażjoni.

Immexxi minn Dr James Calleja, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, il-Kumitat huwa magħmul mill-membri li ġejjin:

Is-Sur Charles Bonello – Rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Prim Minsitru

Dr Simone Inguanez – Rappreżentanta tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Dr Ġorġ Mallia – Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Is-Sur Nazju Abela – Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali

Is-Sra Davinia Galea – Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti

Is-Sur Mario Schiavone – Rappreżentant tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja

Il-Kumitat ħadem qatigħ sabiex, bis-sehem ta’ individwi u organizzazzjonijiet varji jkun jista’ jittella’ kalendarju ta’ avvenimenti kommemorattivi li permezz tagħhom jingħata ġieħ xieraq lill-Poeta Nazzjonali matul din is-sena li tfakkru b’mod speċjali.