Il-Ħajja ta’ Dun Karm

Dun Karm Psaila (Ħaż-Żebbuġ, 18 ta’Ottubru 1871 –Valletta, 13 ta’ Ottubru 1961) magħruf sempliċiment bħala Dun Karm huwa l-Poeta Nazzjonali Malti u kiteb l-Innu Malti fl-1945.
Imwieled f’Ħaż-Żebbuġ, iben Filippu u Lunzjata imwielda Pisani, it-tnejn Żebbuġin. Missieru għadda ħajtu jbaħħar bejn Malta u l-Greċja, fost pajjiżi oħra filwaqt li ommu kienet bidwija. Meta twieled Dun Karm ommu kellha ħanut tal-merċa. Huwa kien id-disa’ wild fost għaxart aħwa..
Karti Akkademiċi

Din is-sezzjoni fiha numru ta’ artikli u kitbiet akkademiċi relatati ma Dun Karm li qed jidhru fuq dan is-sit bil-permess ġentili tal-awturi rispettivi tagħhom.
Hija x-xewqa tal-Kumitat Kommemorattiv li jara din is-sezzjoni tikber f’arkivju elettroniku ta’ xogħolijiet relatati ma Dun Karm għall-użu ta’ akkademiċi, riċerkaturi u studenti, biex b’hekk tikber il-produttività u jkunu faċilitati forom ġodda ta’ ħidma akkademika.
Ritratti U Videos

Din is-sezzjoni fiha numru ta’ ritratti u videos relatati ma Dun Karm li qed jidhru fuq dan is-sit bil-permess ġentili tal-awturi / sidien rispettivi tagħhom.
Hija x-xewqa tal-Kumitat Kommemorattiv li jara din is-sezzjoni tikber f’arkivju elettroniku ta’ ritratti u videos relatati ma Dun Karm għall-użu ta’ akkademiċi, riċerkaturi u studenti, biex b’hekk tikber il-produttività u jkunu faċilitati forom ġodda ta’ ħidma akkademika.


